Qorti
Raġel jinżamm arrestat fuq theddid u fastidju tal-eks tfajla

Libjan ta’ 33, Abdulwahad Alasawad, inżamm arrestat wara li ma ammettiex l-akkużi kontrih li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza fuq l-eks tfajla tiegħu jew persuni oħra membri tal-familja tagħha.

Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kemm-il darba ffastidjahom, speċjalment permezz tat-telefon u l-midja soċjali.