Qorti
Raġel jinżamm arrestat wara li kien akkużat b’ħasil ta’ flus

L-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, dalgħodu ressqet il-Qorti raġel b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus.

Ir-raġel ta’ 34 sena, residenti Bormla, tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli, wara li fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta’ flus, allegatament ġejjin minn attivitajiet illegali.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. It-talba għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Dr Robert Azzopardi u TonJoe Farrugia, flimkien ma’ Dr Andrea Zammit mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.