Barranin
Raġel jispara u joqtol żewġ persuni fil-Ġermanja

Raġel armat spara u qatel żewġ persuni fil-Lvant tal-Ġermanja wara li pprova jidħol f’sinagoga fejn għexieren kienu qed jitolbu nhar festa Lhudija. Is-suspettat xandar l-attakk b’mod dirett fuq pjattaforma tal-logħob online.

Fil-filmat, li tneħħa minn fuq is-sit, ir-raġel jidher jgħid kummenti anti-Semitiċi qabel saq lejn is-sinagoga f’Halle u jiftaħ in-nar fuq is-sinagoga.

Wara li ma rnexxilux jidħol fil-binja, l-aggressur fetaħ in-nar fuq żewġ persuni li kien u fil-qrib u qatilhom.

Is-suspett, Ġermaniż ta’ 27 sena, ġie arresat fuq il-post.

Il-filmati juru lir-raġel f’ilbies militari u juża diversi armi fl-attakk.

Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel attendiet għal vġili li sar b’memorja tal-vittmi fis-sinagoga ewlenija f’Berlin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Aktar