Barranin
Raġel jispiċċa b’rasu maqtugħa f’attakk f’Pariġi

Sitwazzjoni drammatika fil-kapitali Pariġi wara li raġel spicca b’rasu maqtugħa f’attakk fir-reġjun ta’ Conflans-Sainte-Honorine fil-punent ta’ Pariġi.

L-attakk seħħ ftit wara l-ħamsa ta’ filgħaxija, bil-pulizija tmur immedjatament fuq il-post fejn seħħ l-attakk b’sikkina tal-kċina u rnexxielha issib u toqtol lill-agressur wara li rreżista l-pulizija u prova jattakhom bis-sikkina.

Rapporti kkonfermaw li l-vittma huwa għalliem. Jidher li l-agressur kien Musulman li ħassu offiż wara li l-għalliem ta’ ibnu, għamel lezzjoni dwar il-karikaturi tal-profeta Mohammed.

Ġie rrappurtat li l-agressur kien liebes ġakketta bl-isplussivi u beda jgħajjat Allah U Akbar.