Lokali
AĠĠORNAT: Iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 29 sena min-Niġerja weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza. L-inċdent seħħ għal ħabta tas-6am quddiem il-Moskea fi Triq il-Perit Dom Mintoff f’Raħal Ġdid.

Il-karozza, tat-tip Kia Avella kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Trump

Gidba minn George Papadopoulos ħelset lill-Professur Malti Joseph Mifsud milli jiġi aktar investigat dwar ir-rabta bejn il-President Amerikan Donald Trump u r-Russja waqt il-kampanja elettorali. L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu…

Kronaka

Raġel ħarab wara li seraq ammont ta’ flus minn ħanut. Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm, raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal f’ħanut fi Triq Santa Tereża, Bormla. Huwa talab il-flus…

Ikel

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti…

Aktar