Kronaka
Raġel jitlef ħajtu waqt li kien qed jogħdos fid-Dwejra

Raġel ta’ 56 sena tilef ħajtu waqt li dalgħodu kien qed jogħdos fid-Dwejra.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ fil-11.30am, u li meta marret fuq il-post sabet tliet għaddasa, fejn wieħed minnhom kien ittella’ l-art minn sħabu wara li sab ruħu f’diffikultà.

Fuq il-post issejħet ambulanza, iżda r-raġel, Żvizzeru li jgħix Marsalforn, ġie ċċertifikat mejjet.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Paul Coppini.