Lokali
AĠĠORNAT: Raġel jisma’ ħoss fix-xaft u jsib raġel f’għadira demm

F’inċident fatali li seħħ ilbieraħ filgħaxija raġel ta’ 45 sena miet wara li waqa’ mal-ħames sulari ġo xaft.

Skont il-pulizija, ir-raġel li huwa joqgħod Bormla, waqa’ f’xaft ta’ blokk ta’ appartamenti fi triq il-Mensija San Ġwann wara li ngħalaq fuq il-bejt u x’aktarx ipprova jiddendel sabiex jidħol minn tieqa ta’ uffiċċju li hemm fl-istess xaft.

tvm.com.mt huwa infurmat li r-raġel, Michelang Mamo, jaħdem f’uffiċċju li hemm fil-blokka. Jidher li waqt li kien fuq il-bejt jagħmel xi xogħol, issakkar barra. Kien resident li joqgħod fl-istess blokka li sema bħal ħoss fix-xaft u meta ttawwal sab lir-raġel f’għadira demm.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu, iżda sfortunatament, il-vittma ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-għafsa ta’ qalb tan-nanniet li huma mċaħda min-neputijiet minħabba sitwazzjonijiet familjari reġgħet tqajmet fil-Parlament waqt sessjoni speċjali li kienet iddedikata lin-nanniet. Tressqet ukoll petizzjoni biex isiru emendi fil-liġijiet li jissalvagwardjaw…

Infrastruttura

Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria li għalih kiseb ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-post ilu jservi ta’ spazju rikreattiv għat-tfal għal kważi ħamsin sena. Is-Sindku, Samuel Azzopardi, qal li…

Qorti

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident. Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti…

Xogħol

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li x-xahar li għadda kien hemm 1,787 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan juri li kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta’ 702 persuni meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena…

Aktar