Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ 2 sulari fil-Ħamrun

Raġel Malti ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ miet wara li waqa’ żewġ sulari f’bokka ta’ xaft f’kumpless kummerċjali fil-Ħamrun.

L-inċident fatali seħħ ftit qabel it-8am. Ir-raġel kien qed jagħmel xogħol ta’ tindif fil-kumpless Daniel’s Shopping Complex fejn bħalissa qed isir ix-xogħol fih.

Jidher li r-ragel waqa’ għal isfel u spiċċa fil-bokka tal-parkeġġ tal-kumpless. Jidher li r-raġel kien qed iġorr xi affarijiet u waqt li kien miexi b’lura tfixxkel u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lill-vittma iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Doreen Clarke.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ingliż ta’ 36 sena, Shane Neville Naylor li joqgħod San Pawl il-Baħar, ammetta li seraq xi għamara mis-suq tal-Belt, u anke kellu fil-pussess tiegħu oġġetti misruqa li l-valur tagħhom jitla’…

Ambjent

Maltempata qalila fi Frar li għadda qerdet għadd ta’ siġar, fosthom fiż-żona magħrufa bħala Wesgħet l-Għajn tal-Bhejjem fiż-Żejtun. Waqt li tellgħet fuq il-midja soċjali ritratti ta’ kif kien dan il-post bis-siġar…

Edukazzjoni

Wara li l-ġimgħa li għaddiet l-Unjin għall-Infirmiera u l-Qwiebel tkellmu dwar il-bżonn ta’ assikurazzjoni għall-infirmiera tagħha, issa l-Unjin għall-Għalliema tat ultimatum lill-Gvern, biex dan jipprovdi assikurazzjoni għall-edukaturi. Fi stqarrija l-MUT…

Ambjent

Il-Kamra tal-Periti qalet li t-terminu ‘Barra ż-Żona tal-Iżvilupp’ huwa skorrett u għandu jiġi abolit għal kollox. Fi stqarrija spjegaw li t-terminu ‘ODZ’ jagħti x’jifhem li ma jista’ jsir ebda forma…

Aktar