Kronaka
AĠĠORNAT: Identifikat ir-raġel li ttajjar fi Triq Diċembru 13

Il-Pulizija identifikat lir-raġel li dalgħodu ttajjar fi Triq Diċembru 13.

Ir-raġel huwa Niġerjan li jgħix Ħal Qormi għalkemm kelliem għall-Pulizija qalilna li għad irid jistabilixxu l-età.

Huwa sosta wkoll li għadhom iridu jiġu nfurmati mill-Isptar Mater Dei jekk sofriex ġrieħi gravi jew ħfief.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-.7.30 a.m. ħdejn in-niċċa tal-Madonna.

Ir-raġel intlaqat minn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Birżebbuġa.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn instab li ma kienx fil-periklu tal-mewt.