Raġel l-isptar wara ħabta bejn 3 karozzi f’Burmarrad

Raġel ta’ 38 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad. Għalkemm ir-raġel mhux fil-periklu tal-mewt, għad mhix magħrufa n-natura tal-ġrieħi li ġarrab.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15 a.m. u kienu nvoluti b’kollox tliet karozzi – il-vettura tat-tip honda li kien qed isuq ir-raġel, vann u VW Golf.

Minn informazzjoni li kiseb tvm.com.mt jirriżulta li meta fuq il-post marru l-Pulizija biex jirraportaw dwar l-inċident, kien hemm landrover li baqgħet dieħla fil-vann li kien involut fil-ħabta aktar kmieni.

Ħadd aktar ma ttieħed l-isptar.