Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel jindarab gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Taljan ta’ 58 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 22 sena minn San Ġwann.

Ix-xufiera tal-karozza ma weġġgħatx.