Kronaka
Raġel l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ittieħed l-isptar wara inċident bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imdina, f’Ħaż- Żebbuġ

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:30 bejn karozza tat-tip Peugot 208 misjuqa minn mara ta’ 41 sena minn Ħaż-Żebbuġ u VW Golf misjuqa minn Taljan ta’ 56 sena li jgħix fl-istess lokalità.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.