Kronaka
Raġel l-isptar wara ħabta f’Tal-Barrani

Raġel ta’ 63 sena ttieħed l-isptar wara ħabta fi Triq tal-Barrani.

Il-ħabta seħħet għall-ħabta tal-10.45am bejn 2 vetturi li kienu qed isuqu fid-direzzjoni lejn iż-Żejtun.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena.

Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 63 sena għadha mhux magħrufa,is-sewwieq l-ieħor ma ndarabx.

Kawża tax-xita, Triq tal-Barrani nġema’ ħafna ilma.

Ara wkoll:

Xita lejlet Santa Marija