Lokali
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li allegatament ġie attakkat b’arma

Raġel ta’ 74 sena minn Ħal Għargħur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ġie attakkat b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-17.45pm fi Sqaq Warda, il-Għargħur.

Il-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar marru minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li raġel ta’ 58 sena, residenti l-Għargħur, allegatament aggredixxa lir-raġel.

Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Is-suspettat ġie arrestat mill-Pulizija u qiegħed jinżamm għall-iktar stħarriġ.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar