Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bi quad bike f’Ħ’Attard

Sewwieq ta’ quad bike jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta f’Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.10am fi Triq Valletta.

Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ sabu li s-sewwieq tal-quad bike, raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara, għal xi raġuni kien tilef il-kontroll u ħabat f’ċint ta’ parapett.

Is-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Charmaine Galea, qed tmexxi inkjesta fuq il-post bl-għajnuna ta’ diversi esperti.