Kronaka
Raġel l-isptar wara li qabeż il-baħar u ħabat rasu

Turist sofra xi ġrieħi meta kien qiegħed fejn il-baħar f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar fil-lido tal-lukanda Radisson Blu.

TVM infurmat li r-raġel mar jaqbeż fil-baħar meta għal xi raġuni ħabat rasu.

Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.