
Kronaka

Raġel l-isptar wara li ttajjar bir-rota fil-bypass ta’ Birkirkara
Raġel ta’ 38 sena sofra xi ġrieħi f’inċident fil-bypass ta’ Birkirkara għall-ħabta tas-2.35pm.
Il-Pulizija qalet lil TVM li r-raġel, li huwa mill-Bosnija u jgħix il-Kalkara, kien qed isuq rota, meta ntlaqat minn vettura tal-għamla Fiat Doblo misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Albanija li joqgħod Ħal Qormi.
Iċ-ċiklist ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Iktar dettalji mal-ħin.

