Kronaka
Raġel l-isptar wara li waqa’ għal isfel bil-karozza fis-Saqqajja

Raġel ta’ 25 sena minn Birżebbuġa ġie rikoverat wara li kien involut f’inċident fit-Telgħa tas-Saqqajja.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 ta’ waranofsinhar, meta s-sewwieq tilef il-kontroll u waqa’ m’għola sular għal isfel.

TVM infurmat li l-inċident x’aktarx seħħ meta r-raġel ħassu ħażin.

Il-Pulizija u tim mediku marru fuq il-post u ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu mhux magħrufa, iżda ma jidhirx li ġarrab ġrieħi serji.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar