Lokali
Raġel li kien instab ħati li ttraffika 25 immigrant lejn Sqallija jinżamm arrestat

Moussa Sangare ta’ 34 sena mill-Mali wieġeb mhux ħati li pprova jitlaq minn Malta lejn Pisa b’dokumenti ta’ ħaddiehor.

Ir-raġel li jgħix Santa Venera kien diġà nstab ħati lura fl-2013 wara li kien ammetta li traffika 25 immiggrant minn Malta lejn Sqallija, fejn kien talabhom bejn elf u elf u ħames mitt ewro kull wieħed.

Id-difiza talbet il-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters toġġezzjona minħabba li m’għandux rabtiet ma’ Malta. Il-Qorti caħdet it-talba u għalhekk hu nżamm arrestat.