Kronaka
Raġel li kien miexi jweġġa’ gravi f’ħabta bejn 3 vetturi

Pakistan li kien qed jimxi weġġa’ gravi meta seħħet ħabta bejn tliet vetturi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħet ħabta bejn tliet vetturi; Isuzu Elf misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi, mutur Honda misjuq minn Taljan ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi.

Konsegwenza tal-impatt, Pakistan li kien qed jimxi, intlaqat u sofra xi ġrieħi.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħadet lill-Pakistan l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin