Barranin
Raġel imut wara li hu u martu ġew attakkati f’Sydney

Colin Saliba tilef ħajtu wara li flimkien ma’ martu Josephine ġew aggrediti f’darhom stess ġewwa Sydney.

Diversi siti elettroniċi tal-aħbarijiet internazzjonali rrapportaw li l-koppja Lebaniża, Colin u Josephine Saliba ġew mhedda u attakkati minn żewġt irġiel li kellhom rashom mgħottija. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.

Il-Pulizija qalet li ż-żewġt irġiel daħlu fid-dar f’Cherrybrook ftit wara nofsillejl u attakkawhom. Il-koppja Saliba kellha tittieħed fl-isptar Westmead wara li ġarrbu diversi ġrieħi f’rashom. Sfortunatament, Colin Saliba ta’ 86 sena tilef ħajtu l-isptar filwaqt li martu ta’ 84 sena għadha l-isptar f’qagħda stabbli.

Skont il-Pulizija ma ġie misruq xejn minn darhom u qed jaħsbu li l-attakk kien maħsub madankollu l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Sadanitant, il-Pulizija għadha qed tfittex liż-żewġt irġiel.

Aħbarijiet Oħra

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Aktar