Kronaka
Raġel midrub gravi f’inċident bi quadbike f’Għawdex

Franċiż ta’ 30 sena, għal xi t-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marga, x-Xagħra, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qiegħed isuq, tat-tip Adly 320U, u waqa’.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.