Kronaka
Raġel midrub gravi wara argument bejn 3 fil-Ħamrun

Raġel ta’ 24 sena mill-Ħamrun jinsab midrub gravi wara li kien involut f’argument bejn 3 fil-Ħamrun.

Il-ġlieda seħħet għal ħabta tad-09:15 fi Triq Żimelli kantuniera ma’ Triq Stiefnu Żerafa, il-Ħamrun.

Il-Pulizija qalet li l-argument seħħ bejn raġel ta’ 24 mill-Ħamrun u żewġt irġiel Eġizzjani ta’ 41 sena u 42 sena rispettivament fejn allegatament waqt l-argument intuża oġġett iebes tal-ħadid.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel kollha l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-
kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.