Kronaka
Raġel midrub gravi wara argument f’Għawdex

Libjan ta’ 28 sena, mill-Marsa, jinsab bi ġrieħi gravi wara argument f’Żebbuġ, Għawdex.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-04:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Port, Żebbuġ, Għawdex.

Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn xi persuni. Waqt dan l-argument ir-raġel ta’ 28 sena sofra xi ġrieħi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar