Kronaka
Raġel midrub gravi wara li tilef il-kontroll ta’ quadbike u ħabat ġo vann

Raġel indarab gravi wara li tilef il-kontroll ta’ quadbike u ħabat ġo vann ipparkjat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix Ħaż-Żabbar, kien qiegħed isuq quadbike Kymco, tilef il-kontroll u ħabat ġo vann Isuzu li kien ipparkjat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.