Kronaka
Raġel midrub gravi wara li ttajjar f’San Ġiljan

Raġel ta’ 42 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, f’San Ġiljan.

Il-karozza kienet misjuqa minn Sud Afrikan ta’ 31 sena residenti Santa Venera.

Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura.