Kronaka
Raġel midrub gravi wara li waqa’ madwar sular fin-Naxxar

Raġel indarab serjament wara li waqa’ minn fuq scaffolding fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għat-08:00 f’residenza fi Triq is-Salini, in-Naxxar fejn raġel ta’ 49 sena, residenti Pembroke, weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq scaffolding.

Jidher li f’dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-gallarija tal-istess residenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin. F’kollegament fuq One Radio,…

Qorti

Mahdi Mohammed, Libjan ta’ 37 sena qal li ma jistax imur lura lejn il-Libja għax joqtluh. Dan minħabba li kien suldat ta’ Gaddafi. Hu qal dan fil-Qorti, fejn tressaq akkużat…

Qorti

Saif Faisal Ibrahim Sahir, Somalu ta’ 24 sena kien akkużat b’pussess tad-droga għall-użu personali. Hu ammetta l-akkużi kontrih u kien immultat €50. Il-Maġistrat Joe Mifsud irrakkomanda li ż-żgħażugħ jinstablu post…

Aktar