Kronaka
Raġel midrub serjament f’inċident frontali fil-Qala

Kmieni dalgħodu, raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, wara li kien involut f’inċident stradali fil-Qala, Għawdex.

Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ filgħodu, li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imġarr, il-Qala, wara li kienet seħħet ħabta frontali.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 33 sena residenti l-Munxar, Għawdex, kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Ford KA fl-imsemmija triq meta għal xi raġuni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-vettura spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq u kellha impatt ma’ ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

31 Pulizija li allegatament wettqu abbużi irregolari fl-extra duties fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum ikunu jafu hux se jkollhom il-police bail imġedded, hux se jitressqu l-Qorti b’ċitazzjoni jew b’arrest u jekk…

Ekonomija u Finanzi

Il-bank HSBC Malta rrappurta qligħ qabel il-ħlas tat-taxxa ta’ €30.7 miljun, tnaqqis ta’ €7.9 miljun jew 20% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-bank qal li l-qligħ kien milqut minn proviżjoni…

Ekonomija u Finanzi

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €60,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €40,000,000 oħra kif ġej: (i) 0.40% Stock tal-Gvern…

Aktar