X

Raġel midrub wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u ġie f’qiegħ ta’ pixxina vojta

Story Published

Raġel mill-Ghana joqgħod Marsalforn, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Għawdex.

Għall-ħabta tad-09:30, intalbet l-għajnuna tal-Pulizija biex tassisti fi Sqaq ix-Xagħri, ix-Xagħra.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u ġie f’qiegħ ta’ pixxina vojta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Related Post