Kronaka
Raġel minn Santa Venera rrapportat nieqes

Carmelo Callejja ta’ 50 sena ġie rrapportat nieqes.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel deher l-aħħar fir-residenza tiegħu f’Santa Venera u kien liebes qmis chequered blue tal-flanella, qalziet blu u żarbun blu.

Calleja għandu għajnejh ħodor, xahru bajdanija u ta’ statura medja.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

Wieħed jista’ jgħaddi l-informazzjoni wkoll f’kull għassa tal-Pulizija.

Ara wkoll:

Carmelo Calleja jinstab wara li kien irrapportat nieqes

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Lokali

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor…

Mużika

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom. Fit-tieni attività organizzata mill-PBS…

Aktar