Barranin
Raġel minn Singapore jammetti li huwa spija Ċiniż fl-Istati Uniti

Raġel minn Singapore ammetta li kien qed jaħdem bħala agent taċ-Ċina fl-Istati Uniti. Dan kien l-aħħar minn sensiela ta’ ġrajjiet li qed ikomplu jkebbsu it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Jun Wei Yeo kien akkużat li uża l-konsulenza politika tiegħu fl-Amerka biex jikseb informazzjoni għas-servizzi sigrieti Ċinżi.

L-Istati Uniti qalet li f’każ ieħor, riċerkatur Ċiniża li kienet akkużata li ħbiet ir-rabtiet tagħha mal-militar Ċiniż ,baqgħet tinżamm arrestata.

Aktar kmieni, il-Gvern Ċiniż ordna l-għeluq tal-konsulat tal-Istati Uniti f’Chengu, mossa li qed titqies bħala ritaljazzjoni għall-għeluq tal-konsulat li kellha iċ-Ċina fi Houston, l-Istati Uniti.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo qal li din d-deċiżjoni ttieħdet minħabba li ċ-Ċina kienet qed tisraq propjeta intelletwali, bil-Ministru tal-affarijiet barranin Ċiniż Wang Wenbin jgħid li din kienet biss waħda minn sensiela ta’ gideb li l-Amerka qed tgħid kontra ċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar