Qorti
Raġel mixli bil-qtil ta’ mara fuq sewqan traskurat, meħlus mill-arrest

Raġel Norveġiż ta’ 43 sena, li jgħix fil-Kerċem, Għawdex tressaq il-qorti fuq akkużi li saq b’mod traskurat u perikoluż u li kkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ 41 sena mis-Swieqi.

Il-każ imur lura għas-16 ta’ Awwissu 2019, meta Amerikan ta’ 47 sena residenti s-Swieqi, Ġermaniż ta’ 51 sena residenti x-Xagħra Għawdex u żewġ subien ta’ 9 snin u 14-il sena residenti n-Nadur Għawdex ġarrbu ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.

Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq mara mill-Kanada ta’ 45 sena, fuq tifel ta’ 12-il sena u fuq raġel ta’ 36 sena
residenti n-Nadur Għawdex minħabba li saq b’mod negligenti, traskurat u perikoluż.

In-Norveġiż ġie akkużat ukoll li saq taħt l-effett tax-xorb, u li qabeż il-limitu ta’ veloċità filwaqt li kkawża ħsarat fuq vettura oħra għad-danni ta’ terza persuna.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-Qorti ġiet ippreseduta mill-Maġistrat P. Coppini mentri l-prosekuzzjon tmexxiet mill-Ispettur J. Gauci.

Ara wkoll:

Tmut il-mara li ndarbet serjament f’ħabta f’Għajnsielem

Ivy Evison hija l-mara li tilfet ħajjitha fl-inċident f’Għajnsielem

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Aktar