Qorti
Raġel mixli b’kompliċità fi ħruq ta’ karozza

Raġel ta’ 37 sena mill-Munxar, Għawdex, kien mixli b’kompliċità fil-ħruq ta’ karozza.

Ir-raġel tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech, u kien akkużat li fl-1 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-2.30 p.m., irrenda ruħhu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura kif ukoll fir-reat ta’
ħsara għat-terzi persuni.

Huwa kien akkużat ukoll li kkommetta l-imsemmija reati waqt il-perjodu operattiv ta’ libertà kundizzjonata u li rrenda ruħhu reċediv.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu madankollu baqa’ miżmum taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.