Qorti
Raġel mixli b’serqa ta’ €30 jibqa’ arrestat

Raġel Serb ta’ 40 sena li kien qed jaħdem b’mod irregolari f’ristorant baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq €30 minn ristorant ieħor.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ċaħdet il-ħelsien mill-arrest minħabba r-riskju li l-akkużat jerġa’ jmur jaħdem b’mod irregolari u b’hekk ikun qed jikser kundizzjoni tal-libertà proviżorja li ma jagħmilx reat ieħor.

Stojan Zubic qal fil-Qorti li ilu jgħix Malta għal dan l-aħħar xahar u beda jaħdem fir-restorant f’San Ġiljan għal dawn l-aħħar ħmistax mingħajr permess tax-xogħol. Hu kien akkużat li daħal f’ristorant f’Marsaskala fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu sbieħ id-9 ta’ Settembru u seraq €30 mill-cash register. Il-prosekuzzjoni ppreżentat lill-Qorti filmati tas-CCTV li juru lill-akkużat jidħol fir-ristorant u jisraq il-flus.

Zubic wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kontrih u qal li hu faċli jidher f’filmat tas-CCTV għaliex spiss imur jimxi tard bil-lejl fl-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-Prim Minsitru ta lill-eks Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, kuntratt ta’ konsulenza biex ikkonvinċieh jitlaq minn Kummissarju. F’diskors il-lejla f’Ta’ Sannat, Dr Delia saħaq…

Saħħa

Il-coronavirus daħal fl-Ewropa. L-ewwel tliet każi kienu konfermati fi Franza, b’żewġ pazjenti jinsabu fi sptar f’Pariġi u ieħor fil-belt ta’ Bordeaux. Tnejn mill-pazjenti jiġu minn xulxin. Il-virologu, Christopher Barbara, li…

Lokali

Minn hawn u xahrejn oħra, se tibda tiġġenera l-elettriku l-ikbar solar farm f’Malta. B’daqs ta’ 90 tomna, is-solar farm privata, li tinsab fil-limiti tal-Imġarr, tesa’ madwar 17,000 pannella tax-xemx. Fl-istess waqt,…

Aktar