Qorti
Raġel miżmum arrestat wara li ma nstablux avukat tal-għajnuna legali

Nepaliż ta’ 37 sena tressaq il-qorti mixli li uża passaport falz.

Il-Pulizija spjegaw li r-raġel inqabad meta kien se jipprova jivjaġġa lejn il-Portugal, b’dokument falz li rriżulta li xtara minn Spanja għall-prezz ta’ €1,500. L-akkużat kien tkeċċa minn Malta meta skadietlu l-visa u xtara d-dokument biex reġa’ ġie jgħix hawnhekk.

Fil-Qorti, l-akkużat ma kellux assistenza legali għax minn tagħrif li għandu TVM ma setax jinstab avukat mill-uffiċċju tal-għajnuna legali biex jassistieh.

Għalhekk hu awtomatikament ġie reġistrat li qed iwieġeb li mhux ħati għall-akkużi, bil-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat li jibqa’ miżmum arrestat.