Qorti
Raġel nieqes mid-dawl mixli li spara fuq tnejn f’Bormla – jallega li ma ridux iħallsu l-kera

Carmel Calleja ta’ 55 sena minn Bormla, li jbati min-nuqqas ta’ vista, wieġeb mhux ħati li spara arma tan-nar fid-direzzjoni ta’ żewġ persuni, li huma barranin.

L-aggressjoni seħħet ilbieraħtlula għall-ħabta tad-9.00 ta’ filgħaxija fi Triq Id-Dejqa f’Bormla.

Fil-Qorti ntqal mill-avukat difensur li l-akkużat kien qed jiddefendi ruħu fuq kwistjoni ta’ kiri ta’ residenza għax dawn ma ridux iħallsu.

L-Ispettur Melvin Zammit oġġezzjona għat-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest għax qal li għad fadal jixdhu x-xhieda li jridu jitressqu l-Qorti wkoll.

Ara wkoll:

3 persuni arrestati wara sparatura waqt argument f’Bormla