Lokali
Raġel ta’ 25 sena jweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fil-Fgura

Taljan ta’ 25 sena li joqgħod il-Fgura weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 a.m. fi Triq is-Sur meta seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 25 sena u karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 24 sena li tgħix Raħal Ġdid.

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.