COVID-19
Raġel ta’ 53 sena huwa s-sitt vittma tal-Coronavirus f’Malta

Raġel ta’ 53 sena huwa s-sitt vittma tal-Covid-19 f’Malta.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li r-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta’ kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra. Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fid-9 ta’ Mejju.  Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

 Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar