COVID-19
Raġel ta’ 59 sena jmut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li raġel ta’ 59 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, l-għada 2 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.

Ir-raġel kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.