Lokali
Raġel ta’ 61 sena jweġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel ta’ 61 sena residenti s-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi Sqaq Tomna f’San Ġwann.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-7.45pm.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.