COVID-19
Raġel ta’ 68 sena d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta

Raġel ta’ 68 sena huwa d-disa’ vittma tal-Coronavirus f’Malta dan wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor ta’ 56 sena, li miet bl-istess virus.

Ir-raġel ta’ 68 sena, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Mejju. Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.

Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, ftit tal-ħin ilu.

Ara wkoll:

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena