COVID-19
Raġel ta’ 74 sena miet waqt li kellu l-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

L-anzjan, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri, hekk biss nistgħu nagħmlu d-differenza.