COVID-19
Raġel ta’ 84 sena bil-Covid-19 imut

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl.

Intqal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa oħra.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.