Lokali
Raġel tilef siequ u ngħata oħra wara maratona tal-ġiri f’Tas-Sliema

Noel Cacciottolo li għalkemm tilef siequ ma qatax qalbu u ħa sehem f’maratona tal-ġiri sab xortih meta l-kundizzjoni tiegħu ġidbet l-attenzjoni ta’ prostetista Iżraeljan li offrielu bħala rigal sieq artifiċjali. tvm.com.mt segwa l-ħbiberija li nbniet bejnu u l-professjonista Iżraeljan.

Noel Cacciottolo ilu 5 snin li tilef sieq waħda kawza ta’ trombożi. Minkejja li ħajtu nbidlet, Noel baqa’ ddeterminat li jgħix ħajtu u anke jieħu sehem fil-maratoni tal-ġiri.

F’Marzu li għadda, Noel ha sehem f’maratona tas-Sliema bil-wheelchair, meta protetista Iżraeljan u missieru ammiraw l-kuraġġ tiegħu u rieduh jgħinu billi jagħmlulu sieq artifiċjali.

Israel Pilosoph. qal li “when I see an amputee sitting on a wheelchair it’s so hard to see, because I don’t see any reason why a guy like Noel, and that is why I wanted to see him walking again, dancing running, what he would like to do”.

Il-prostetista Israel Pilosph qalilna li għamel minn kollox biex isib lil Noel sakemm id-destin laqqgħu miegħu meta dan kien qed jistenna l-karozza tal-linja fil-venda tal-Belt.

Noel qal li kellu sieq artifiċjali, iżda minħabba problemi li kellu biha ma setax jużaha. Qalilna li din is-sieq artifiċjali ġdida hija rigal li qed tagħmillu differenza f’ħajtu.

Noel Cacciottolo qal li “nirringrazzjah li ltqajt miegħu b’kumbinazzjoni, kont għall-karozza tal-linja, u ltqajt miegħu u riedni nimxi, kont għadni kif għamilt il-maratona, u qed nimxi aħjar, u qed jirnexxili nimxi iżjed”.

Israel Pilosoph qalilna li f’Malta ilu madwar 6 snin u madwar id-dinja jmexxu l-filosofija li wieħed irid jagħti minn dak li għandu u jagħmel il-ġid fil-komunità, għax b’hekk biss wiehed isib il-kuntentizza kompleta.

Qalilna li tant saru avvanzi fil-qasam tal-prostezi li saħanitra qed isiru ukoll għall-annimali domestiċi. Stqarr is-sodisfazzjon tiegħu li b’sieq artifiċjali għen raġel li tilef sieq f’inċident gravi, iżda llum jitqies bħala żeffien professjonali.

 

Aħbarijiet Oħra

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-8am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u…

Żewġ anzjani minn żewġ residenzi tal-anzjani separati huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’Malta. Dan ġie kkonfermat minn stqarrija ministerjali fejn intqal li l-vittmi huma anzjan ta’ 91 sena li nstab pożittiv…

Wara li l-bieraħ l-MUT iddikjarat li fallew id-diskussjonijiet bejn l-MUT u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha. Immedjatament wara, uffiċjali tal-MUT kellhom laqgħa Kastilja mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali…

Dalgħodu, il-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei ġie fil-bżonn ta’ 73 borża demm O positive. Dan ifisser li l-Bank jinsab fi kriżi b’nuqqas serju ta’ dan it-tip ta’ demm u għalhekk jekk…

Aktar