Barranin
Raġel trans jitlob li jiġi rreġistrat bħala missier it-tarbija u mhux ommha

Raġel trans fir-Renju Unit irrikorra quddiem il-Qorti biex jitlob li jinbidel ir-reġistru tat-twelid tal-wild tiegħu li fih jissemma’ bħala ‘omm’, u minflok jiġi mniżżel bħala ‘ġenitur’ jew ‘missier’.

Il-Qorti semgħet li r-raġel, li kien twieled bħala mara, ġie rikonoxxut legalment bħala raġel qabel ma twieldet it-tarbija.

Huwa qed isostni li d-dritt tiegħu għal ħajja familjari u privata qed ikun mittiefes meta jiġi sfurzat jirreġistra ruħu bħala ‘omm’.

Jekk il-Qorti Ingliża tagħti raġun lir-raġel, dan il-wild possibilment ikun l-ewwel wieħed fir-Renju Unit li legalment ma jkollux omm.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar