Kronaka
Raġel u mara jindarbu gravi f’ħabta bil-mutur fil-Mellieħa

Raġel ta’ 55 sena u mara ta’ 54 sena, it-tnejn joqgħodu r-Rabat, Għawdex, indarbu gravi f’inċident fil-Mellieħa lbieraħ filgħaxija. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Marfa għal xi t-8.15pm.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Skoda Rapid, misjuqa minn Eritrean ta’ 37 sena residenti l-Msida, u mutur Kymco, misjuq minn raġel ta’ 55 sena, li miegħu kellu riekba mara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier u l-passiġġier tal-mutur l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.