Kronaka
Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’

Raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jiġri qalb l-għelieqi fl-akwati ta’ Triq il-Ħamri, Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.30pm.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, li għandu 72 sena u residenti Għajnsielem, Għawdex, waqa’ waqt li kien qiegħed jiġri u sofra xi ġrieħi.

Surġent tal-Pulizija li kien ‘off duty’ ra l-inċident isir u intervjena immedjatament billi ta l-ewwel għajnuna kif ukoll ċempel għall-assisstenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar