Lokali
Raġel weġġa’ serjament wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Wied il-Għajn

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ serjament wara li lbieraħ waranofsinhar waqa’ f’Wied il-Għajn. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-10.45pm.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel li joqgħod Santa Venera kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Sir Paul Boffa għall-ħabta tas-2pm u waqa’ madwar sular.

Il-Pulizija qalet li r-raġel ma marx l-isptar, iżda aktar tard hu beda jħoss uġigħ kbir, ċempel għall-ambulanza u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-ħabta tat-8.30pm, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.