Barranin
Raġġ ta’ tama għar-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u t’Isfel

Il-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in qal li l-President Amerikan Donald Trump jistħoqlu għarfien u kien strumentali għat-taħditiet bejn iż-żewġ Korej. It-taħditiet, li saru lbierah kienu l-ewwel tax-xorta tagħhom f’sentejn u waslu biex il-Korea ta’ Fuq qablet li tibgħat delegazzjoni ta’ atleti għal-Logħob Olimpiku tax-xitwa li se jsiru x-xahar id-dieħel fil-Korea t’Isfel.

Rappreżentant tal-Korea ta’ Fuq wasal fil-kwartieri Olimpiċi fl-Iżvizzera biex jifformalizza s-sehem storiku ta’ pajjiżu fil-Logħob Olimpiku fil-Korea t’Isfel. L-ambaxxatur tal-Korea t’Isfel fir-Renju Unit, Joonkook Hwang qal li l-logħob olimpiku f’pajjiżu jista’ jkun kruċjali biex jiftaħ it-triq għal iktar negozjati dwar kwistjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-logħob Olimpiku tax-xitwa jibdew mid-disgħa ta’ Frar u jintemmu fil-25 tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja, l-ex għarus tal-mudella Gessica Notaro ntbagħat 15-il sena ħabs wara li l-qorti tal-appell sabitu ħati li tefa’ l-aċtu fuq wiċċha. Edson Tavares nstab ħati li għamel dak l-attakk li…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tkompli timbotta l-ftehim għal Brexit hekk kif għal diversi sigħat kien hemm ix-xnieha li minħabba l-ftehim Ministru ieħor fil-kabinett tagħha, Michael Gove kien qed…

Stejjer Umani

Ġuvni Ingliż ta’ 22 sena jippreferi li joqgħod lura u ma jbus lil ħadd għax jibża li jista’ jmut. Oli Weatherall li huwa minn Surrey ilu mindu kien tifel allerġiku…

Barranin

600 persuna għadhom neqsin wara li n-nirien qerdu villaġġ fit-Tramuntana ta’ Kalifornja. In-nirien ħasdu l-ħajja ta’ 63 persuna u qerdu mat-12,000 binja. L-awtoritajiet qalu n-nirien tkebbsu u nxterdu ħafna anke kawża…

Aktar