Kronaka
Raġel bi ġrieħi serji wara argument fl-Isla

Argument bejn żewġt irġiel fi Triq il-Vitorja, l-Isla ħalla wieħed mill-irġiel midrub bi ġrieħi serji.

L-argument seħħ għall-ħabta tad-21:20 bejn raġel ta’ 29 sena residenti l-Isla u raġel ieħor ta’ 33 sena residenti f’Bormla.

Jidher li r-raġel ta’ 29 sena spiċċa ferut b’sikkina waqt li kien f’appartament fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-allegat aggressur ġie miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa R. Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-każ għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Lokali

F’konferenza stampa l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar li fit-tmintax ta’ Diċembru se jiġi separat l-irwol tal-Avukat Ġenerali hekk kif Dr. Victoria Buttigieg se tibda r-rwol ġdid tagħha bħala l-ewwel avukat…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena miż-Żurrieq ġie ordnat iħallas kumpens t’iktar minn €114,000 wara li nstab responsabbli għall-mewt ta’ tifla ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ f’Lulju tal-2010 fi Triq…

Lokali

L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…

Aktar